Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 – EDF Luminus vs Il-Parlament

(Kawża T-384/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: EDF Luminus (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Verhoeven u O. Vanden Berghe, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Parlament Ewropew:

iħallas lill-EDF Luminus l-ammont ta’ EUR 439.672,95;

iħallas lill-EDF Luminus l-interessi kuntrattwali fuq dan l-ammont, ikkalkulati mill-eżiġibbiltà tal-fatturi;

għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet legali u kuntrattwali applikabbli, kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni, sa fejn il-Parlament irrijuta li jħallasha lura l-kontribuzzjonijiet marbuta mal-elettriku li hija ħalset lir-Région de Bruxelles – Capitale. Ir-rikorrenti ssostni li l-kontribuzzjonijiet ikkontestati għandhom jiġi rrinvjati għall-karigu tal-Parlament, sa fejn dawn irriżultaw mill-provvista tal-elettriku għall-Parlament.

____________