Rikors ippreżentat fis-26 ta' Novembru 2010 - Adamowski vs UASI - Fagumit (Fagumit)
(Kawża T-538/10)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ursula Adamowski (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. von Schultz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fabryka Węży Gumowych i Tworzyw Sztucznych Fagumit Sp. z o.o. (Wolbrom, il-Polonja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta' Settembru 2010, fil-Każ R 1003/2009-1;
tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 3 093 226;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċeduri ta' kanċellazzjoni, ta' appell u ta' dan ir-rikors.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "Fagumit" għal prodotti fil-klassijiet 12 u 17
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Fabryka Węży Gumowych i Tworzyw Sztucznych Fagumit Sp. z o.o.
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark figurattiva nazzjonali, li tinkludi l-element verbali "FAGUMIT", għal prodotti fil-klassi 17
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mark ddikjarata invalida
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(c) flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
1, għaliex il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell naqset milli tippreżenta dokumenti validi, li minnhom jirriżulta użu effettiv tas-sinjal distintiv "FAGUMIT; ksur tal-Artikolu 53(1)(b) flimkien mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, għaliex il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell effettivament tat il-kunsens tagħha għal reġistrazzjoni tad-drittiijiet ta' trade mark taħt l-isem "FAGUMIT", kif ukoll ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, sa fejn ir-rikorrenti ma kellhiex tinżamm responsabili għal aġir
male fide fil-mument li fih ippreżentat l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kkontestata.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).