Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 2 ta’ Frar 2016 – Brammer vs UASI – Office Ernest T. Freylinger (EUROMARKER)

(Kawża T-683/13)1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja EUROMARKER – Trade mark verbali Komunitarja EURIMARK – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Brammer GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: R. Kornfeld, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u H. Kunz, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Office Ernest T. Freylinger SA (Strassen, il-Lussemburgu)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1653/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Office Ernest T. Freylinger SA u Brammer GmbH.

Dispositif

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1653/2012-1) hija parzjalment annullata, safejn din ikkonkludiet favur l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fir-rigward tas-servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 38 “provvista ta’ aċċess għal servers ta’ databases għar-riċerkja tad-disponibbiltà u l-preskrizzjonijiet fil-qasam tat-trade marks u d-disinni Komunitarji” koperti mit-trade mark li saret applikazzjoni għaliha.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Brammer GmbH u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1     ĠU C 61, 1.3.2014.