Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2014 – Pedro Group vs UASI – Cortefiel (PEDRO)

(Kawża T-38/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PEDRO – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Pedro del Hierro – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Karattru distintiv għoli tat-trade mark preċedenti – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pedro Group Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentant: B. Brandreth, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Vuijst u J. Crespo Carillo, aġenti)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cortefiel, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment H. Mosback, P. López Ronda, G. Macias Bonilla u G. Marín Raigal, sussegwentement P. López Ronda, G. Macias Bonilla u G. Marín Raigal, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Novembru 2012 (Każ R 271/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cortefiel, SA u Pedro Group Pte Ltd.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Pedro Group Pte Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.