Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2017 – HD vs Il-Parlament

(Kawża T-652/16 P) 1

(“Appell – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance tal-edukazzjoni – Projbizzjoni tal-kumulu ta’ allowances tal-istess natura – Talba għal irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament – Protezzjoni tad-data personali – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: HD (rappreżentant: C. Bernard Glanz, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament (rappreżentanti: M. Ecker u L. Deneys, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016, HD vs Il-Parlament (F-136/15, EU:F:2016:169), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

HD hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 419, 14.11.2016.