Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2023 – Sta Grupa vs EUIPO - Axis (VAPIX)

(Kawża T-207/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sta Grupa AS (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: I. Stankeviča, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Axis AB (Lund, l-Isvezja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “VAPIX” – Trade mark tal-Unjoni Nru 5 040 118

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 1098/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirrevoka t-trade mark inkwistjoni għall-prodotti li baqgħu kif irreġistrati wara d-deċiżjoni kkontestata.

Ir-rikorrent jitlob l-għoti tal-ispejjeż fir-rigward ta’ dawn il-proċeduri.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________