Language of document : ECLI:EU:T:2011:318





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2011 – Imagion vs UASI (DYNAMIC HD)

(Kawża T-463/08)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DYNAMIC HD – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub bl-użu – Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b) u (3)) (ara l-punti 21, 22, 34, 42-44)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(3)) (ara l-punt 43)

3.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – Għan (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(3)) (ara l-punt 50)

4.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punti 62-64)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 488/2008‑4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali DYNAMIC HD bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Imagion AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali DYNAMIC HD għal servizzi fil-klassijiet 35, 38, 41, 42 u 45 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6092241

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Imagion AG hija kkundannata għall-ispejjeż.