Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Ottubru 2008 - Wilfer vs UASI [il-parti ta' fuq ("headstock") ta' kitarra]

(Kawża T-458/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hans-Peter Wilfer (Markneukirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kockläuner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta' Lulju 2008, fil-Każ R 78/2007-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tirrappreżenta l-parti ta' fuq ("headstock") ta' kitarra, bil-kuluri fidda, griż u kannella mitluba għal prodotti fil-klassijiet 9 u 15 (Nru 2 639 821)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1;

Ksur tal-prinċipji ta' investigazzjoni ex officio, inkluża l-interpretazzjoni żbaljata tar-regoli tal-oneru tal-prova skont l-Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94;

Ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94;

Ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1)