Language of document : ECLI:EU:T:2013:246





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Mejju 2013 — Post Invest Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑413/12)

“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani favur De Post — La Poste (issa ‘bpost’) — Kumpens għall-ispejjeż ta’ servizz pubbliku — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Assenza ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà — Offerti ta’ prova ġodda”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Terminu għal–produzzjoni tal-provi — Artikolu 48(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Kamp ta’ applikazzjoni — Offerti ta’ prova ġodda mressqa fl-istadju tal-osservazzjonijiet fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Ammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1) u 48(1)) (ara l-punt 21)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Interess ġuridiku — Neċessità ta’ interess reali u attwali — Rikors kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni — Rikors kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Rikors tal-azzjonist prinċipali tal-impriża benefiċjarja tal-għajnuna — Sempliċi sehem fil-kapital ta’ impriża insuffiċjenti sabiex fih innifsu joħloq interess ġuridiku — Assenza ta’ theddida għas-solvenza preżenti jew futura — Sitwazzjoni ġuridika futura u inċerta — Inammissibbiltà (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 22-24, 28-30)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 5 sa 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/321/UE, tal-25 ta’ Jannar 2012, dwar il-miżura SA.14588 (C 20/09), implementata mill-Belġju favur de Post - La Poste (issa ‘bpost’) (ĠU L 170, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Renju tal-Belġju.

3)

Post Invest Ewropa Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.