Language of document : ECLI:EU:F:2008:73

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU (It-Tieni Awla)

10 ta’ Ġunju 2008

Kawża F-40/07

Cécile Baudelet-Leclaire

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Trattament ugwali”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu C. Baudelet-Leclaire titlob, essenzjalment, l-annullament tal‑kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/7/05, organizzata sabiex tiġi kkostitwita riżerva ta’ reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3) fl-oqsma tal‑“ġestjoni finanzjarja/kontabbiltà” u tal-“ġestjoni tal‑kuntratti/proġetti”.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Sommarju

Uffiċjali – Trattament ugwali – Reklutaġġ – Kompetizzjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Anness III, Artikolu 5)

Fil-kuntest ta’ kompetizzjoni ġenerali għall-aċċess għas-servizz pubbliku Komunitarju, miftuħa mingħajr distinzjoni għall-kandidati li jkunu ħadmu jew li jaħdmu għal istituzzjoni u għall-kandidati li ma għandhomx din l-esperjenza professjonali, data statistika li turi rata ta’ suċċess ogħla fl-ewwel grupp ta’ kandidati ma tippermettix il-preżunzjoni tal-eżistenza ta’ trattament diskriminatorju tal-kandidati li huma parti minn grupp wieħed jew mill-grupp l-ieħor, peress li din id‑differenza tista’ tiġi spjegata permezz ta’ diversi fatturi oġġettivi, bħal, pereżempju għarfien aħjar tal-qasam tal‑kompetizzjoni.

(ara l-punti 41, 43 u 44)

Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza 31 ta’ Mejju 2005, Gibault vs Il‑Kummissjoni, T‑294/03, ĠabraSP p. I‑A‑141 u II‑635, punt 53; 30 ta’ Novembru 2005, Vanlangendonck vs Il‑Kummissjoni, T‑361/03, ĠabraSP p. I‑A‑377 u II‑1709, punt 52; 12 ta’ Marzu 2008, Giannini vs Il‑Kummissjoni, T‑100/04, Ġabra p. I‑0000, punt 157