Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Mejju 2012 - TMS Trademark-Schutzrechtsverwertungsgesellschaft vs UASI - Comercial Jacinto Parera (MAD)

(Kawża T-152/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' revoka - Trade mark Komunitarja figurattiva MAD - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Forma li hija differenti f'elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv - Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: TMS Trademark-Schutzrechtsverwertungsgesellschaft mbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Hein u M.-H. Hoffmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Comercial Jacinto Parera, SA (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta' Diċembru 2010 (Każ R 449/2009-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn TMS Trademark-Schutzrechtsverwertungsgesellschaft mbH u Comercial Jacinto Parera, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

TMS Trademark Schutzrechtsverwertungsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 139, 07.05.2011.