Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2014 – Cantina Broglie 1 vs UASI – Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona (ZENATO RIPASSA)

(Kawża T-153/11) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZENATO RIPASSA – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti RIPASSO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Cantina Broglie 1 Srl (Peschiera del Garda, l-Italja) (rappreżentant: A. Rizzoli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona (Verona, l-Italja) SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 183/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona u Zenato Azienda Vitivinicola Srl.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud.2)    Cantina Broglie 1 Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.