Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Marzu 2011 - TMS Trademark-Schutzrechtsverwertungsgesellschaft vs UASI - Comercial Jacinto Parera (MAD)

(Kawża T-152/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TMS Trademark-Schutzrechtsverwertungsgesellschaft mbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Hein u M.-H. Hoffmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Comercial Jacinto Parera, SA (Barcelona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta' Diċembru 2010, fil-Każ R 449/2009-2;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade Mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark figurattiva "MAD" għal prodotti fil-klassi 25

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Comercial Jacinto Parera, SA

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 15 u tal-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 u tar-Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 2, peress li l-Bord tal-Appell, abbażi ta' dokumenti prodotti bħala prova tal-użu, ma kellux jikkonkludi li t-trade mark figurattiva "MAD" kienet is-suġġett ta' użu ġenwin għal "oġġetti ta' ħwejjeġ".

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)

2 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p.l 220)