Rikors ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2011 - Zenato Azienda Vitivinicola v UASI - Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona (ZENATO RIPASSA)
(Kawża T-153/11)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Zenato Azienda Vitivinicola Srl (Peschiera del Garda, l-Italja) (rappreżentant: A. Rizzoli, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona (Verona, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tiddikjara ammissibbli r-rikors preżenti flimkien mal-annessi relattivi
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell (punti 1, 2 u 3 tad-dispożittiv) fil-parti fejn din tilqa' r-rikors, tilqa' l-oppożizzjoni u tiċħad b'mod sħiħ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, tikkundanna lill-applikant għall-ispejjeż sostnuti mill-opponent fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni u fir-rikors
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "ZENATO RIPASSA" (applikazzjoni għall-reġistrazzjoni Nru 5 848 015), għal prodotti fil-klassi 33 (xorb alkoħoliku)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Taljan "RIPASSO" (Nru 682 213), għal prodotti fil-klassi 33 ("inbid, spirti u likuri")
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni rrifjutata b'mod sħiħ
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/09.
____________