Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht des Landes Sachsen-Anhalt (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Mejju 2023 – Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi vs B. GmbH

(Kawża C-290/23, ECHA)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht des Landes Sachsen-Anhalt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Konvenut: B. GmbH

Domandi preliminari

L-ewwel nofs sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 299 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika biss għad-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew mill-Bank Ċentrali Ewropew, jew għandu japplika wkoll għad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li jimponu spiża amministrattiva skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 1 tas-16 ta’ April 2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 2 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni?

Jekk id-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li timponi spiża amministrattiva ma tikkostitwixxix titolu eżekuttiv:

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(4) u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament Nru 340/2008 għandhom jiġu interpretati fis-sens li azzjoni għall-eżekuzzjoni tal-ħlas tal-ispiża amministrattiva hija eskluża?

____________

1     ĠU 2008, L 107, p. 6.

1     ĠU 2006, L 396, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 136, p. 3, fil-ĠU 2008, L 141, p. 22 u fil-ĠU 2009, L 36, p. 84.