Appell ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2023 minn Okan Balaban mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-23 ta’ Awwissu 2023 fil-Kawża T-13/23, Okan Balaban vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-651/23 P)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Okan Balaban (rappreżentant: T. Schaaf, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Shenzhen Stahlwerk Welding Technology Co. Ltd.
B’digriet tad-19 ta’ Frar 2024, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla għall-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess u kkundannat lill-appellant għall-ispejjeż tiegħu stess.
____________