Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Marzu 2012 - Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-398/07) 

("Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Swieq Spanjoli tal-aċċess għall-internet permezz tal-broadband - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 82 KE - Iffissar tal-prezzijiet - Kompressjoni tal-marġni tal-prezzijiet - Kooperazzjoni leali - Applikazzjoni ultra vires tal-Artikolu 82 KE - Ċertezza legali - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi")

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, É. Gippini Fournier u K. Mojzesowicz, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 3196 finali, tal-4 ta' Lulju 2007, dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 82 [KE] (Każ COMP/38.784 - Wanadoo España vs Telefónica).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 8, 12.01.2008.