Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Ottubru 2008 - Companhia Muller de Bebidas vs UASI - Missiato Industria e Comercio (61 A NOSSA ALEGRIA)

(Kawża T-472/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Companhia Muller de Bebidas (Pirassununga, il-Brażil) (rappreżentanti: G. Da Cunha Ferreira u I. Bairrão, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Missiato Industria e Commercio Lda (Santa Rita do Passa Quatro, il-Brażil)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta' Lulju 2008 fil-każ R 1687/2007-1, inkwantu kkonfermat d-deċiżjoni li ppermettiet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkonċernata;

tiddikjara r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkonċernata bħala invalida għall-prodotti kollha protetti, abbażi tal-probabbiltà ta' konfużjoni mat-trade marks invokati fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "61 A NOSSA ALEGRIA" għall-prodotti fil-klassi 33

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: L-applikant

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni tat-trade mark Portugiża Nru 273 105 tat-trade mark figurattiva "CACHAÇA 51" għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni tat-trade mark Portugiża Nru 331 952 tat-trade mark figurattiva "CACHAÇA 51" għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Benelux Nru 576 901 tat-trade mark figurattiva "CACHAÇA 51" għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33; reġistrazzjoni tat-trade mark Daniża Nru VR 1998 03649 tat-trade mark figurattiva "CACHAÇA 51" għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni tat-trade mark Ingliża Nru 2 248 316 tas-sensiela tat-trade marks figurattivi "CACHAÇA 51" għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola Nru 2 354 943 tat-trade mark figurattiva "CACHAÇA 51" għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 30 071 545 tat-trade mark figurattiva "CACHAÇA 51"; reġistrazzjoni tat-trade mark Awstrijaka Nru 161 564 tat-trade mark figurattiva "CACHAÇA 51" għal prodotti fil-klassi 33; trade mark figurattiva Portugiża magħrufa "CACHAÇA 51" għal prodotti fil-klassi 33; trade mark verbali Portugiża magħrufa "CACHAÇA 51" għal prodotti fil-klassi 33.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni ġiet miċħuda kompletament

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: L-appell ġie miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja fid-deċiżjoni tiegħu li ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti; Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja fid-deċiżjoni tiegħu li l-evidenza ppreżentata mill-applikant ma kinetx biżżejjed sabiex tipprova l-karattru magħruf tat-trade marks preċedenti fil-Portugal jew, għall-inqas il-karattru ferm distintiv fl-intier tagħhom.

____________