Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Diċembru 2012 - Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-588/10)
("FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Infiq eskluż mill-finanzjament - Raba' li jinħadem - Żbib- Tabakk mhux ipproċessat - Miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli favur il-gżejjer minuri tal-Baħar Eġew - Laħam tan-ngħaġ u tal-mogħoż - Kundizzjonalità - Proporzjonalità")
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias, E. Leftheriotou u X. Basakou, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, H. Tserepa-Lacombe u A. Markoulli, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/668/UE, tal-4 ta' Novembru 2010, li teskludi minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG), taqsima "Garanzija", tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 228, p. 24), inkwantu din id-deċiżjoni teskludi ċerti spejjeż magħmula mir-Repubblika tal-Ellenika.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 89, 19.03.2011.