Rikors ippreżentat fis-27 ta' Diċembru 2010 - Yilmaz vs UASI - Tequila Cuervo (TEQUILA MATADOR HECHO EN MEXICO)
(Kawża T-584/10)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Mustafa Yilmaz (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Kuschmirek, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tequila Cuervo, SA de CV (Tlaquepaque, il-Messiku)
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta' Ottubru 2010 fil-każ R 116/2009-2; u
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "TEQUILA MATADOR HECHO EN MEXICO" għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3975117
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrent
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 30205053.1 tat-trade mark verbali "MATADOR" għal prodotti fil-klassi 32; ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Internazzjonali Nru 792051 għat-trade mark verbali "MATADOR" għal prodotti fil-klassi 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kkontestati
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni appellata annullata
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ikkunsidra b'mod żbaljat li ma kienx hemm probabbiltà ta' konfużjoni, peress li hemm xebh li joħloq konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni fir-rigward tal-prodotti li għalihom it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni qed tħares.
____________