Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2018 – La Zaragozana vs EUIPO – Heineken Italia (CERVISIA)

(Kawża T-378/17) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CERVISIA – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CERVISIA AMBER – Raġuni relattiva għal rifjut – Xebh tas-sinjali – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: La Zaragozana, SA (Zaragoza, Spanja) (rappreżentanti: L. Broschat García u A. M.  Santos Peribañez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Heineken Italia SpA (Pollein, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi u G. Ghisletti, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1241/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn La Zaragozana u Heineken Italia.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1241/2016-5) hija annullata.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 256, 7.8.2017.