Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2024 – Cogebi u Cogebi vs Il-Kunsill

(Kawża T-782/22) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina – Projbizzjoni fuq ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment, direttament jew indirettament, fl-Unjoni, tal-oġġetti li jiġġeneraw dħul sinjifikattiv għar-Russja elenkati fl-Anness XXI għar-Regolament (UE) Nru 833/2014 – Prodotti tal-mika – Rikors għal annullament – Att regolatorju nieqes minn miżuri ta’ eżekuzzjoni li jaffettwaw direttament is-sitwazzjoni ġuridika tal-importaturi – Ammissibilità – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Dritt ta’ aċċess għall-fajl – Libertà tal-impriża – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cogebi (Brussell, il-Belġju), Cogebi a.s. (Tábor, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: H  over de Linden, avukata)

Konvenut Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u E. Nadbath, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant : M. Kriisa, aġent), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti : J.-F. Brakeland, M. Carpus Carcea u L. Puccio, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tal-Artikolu 3i tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229 I, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2014, L 246, p. 59 u fil-ĠU 2022, L 114, p. 214), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1904 tas-6 ta’ Ottubru 2022 (ĠU 2022, L 259 I, p. 3), sa fejn ir-Regolament 2022/1904 jintroduċi l-kodiċi NM 6814 (majka maħduma u oġġetti tal-majka) fil-lista ta’ oġġetti li jiġġeneraw dħul sinifikattiv għall-Federazzjoni Russa elenkata fl-Anness XXI tar-Regolament Nru 833/2014 u li x-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment, dirett jew indirett, tagħhom fl-Unjoni Ewropea huwa pprojbit taħt l-Artikolu 3i ta' dan ir-regolament.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Cogebi u Cogebi, a.s għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri sommarji.

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Estonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1     ĠU C 35, 30.1.2023.