Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Marzu 2009 - Lafleur Tighe vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal kuntrattwali - Reklutaġġ - Klassifikazzjoni fil-grad - Ex esperti individwali - Esperjenza professjonali - Lawrea - Ċertifikat ta' ekwivalenza - Ammissibbiltà - Fatt ġdid u sostanzjali)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Virginie Lafleur Tighe (Makati, il-Filippini) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tikklassifika lir-rikorrenti fil-grupp ta' funzjoni IV, fil-grad 13, skala 1, fir-reklutaġġ tagħha bħala aġent kuntrattwali, peress li fil-kalkolu tal-esperjenza professjonali tagħha ma ttiħidx inkunsiderazzjoni l-perijodu inkluż fil-kisba tal-ewwel lawrea (Bachelor) u l-kisba tat-tieni lawrea tagħha (Masters), u min-naħa l-oħra, ir-riklassifikazzjoni retroattiva tar-rikorrenti fil-grad 14.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
____________1 - ĠU C 117, 26.5.2007, p. 36.