Appell ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2023 minn Apart sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Lulju 2023 fil-Kawża T-591/21 – Apart vs EUIPO - S. Tous
(Kawża C-597/23 P)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Apart sp. z o.o. (rappreżentant: J. Gwiazdowska, radca prawny)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
B’digriet tat-2 ta’ Frar 2024, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) sostniet li l-appell ma kienx ammess li jipproċedi u li Apart sp. z o.o. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
____________