Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Frar 2016 – Ludwig‑Bölkow‑Systemtechnik vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑53/14)
“Klawżola ta’ arbitraġġ – Sitt programm kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni – Rimbors ta’ parti mill-ammonti mħallsa u ta’ kumpensi fil-forma ta’ somom f’daqqa – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni parzjali – Spejjeż eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni – Klawżola penali – Natura manifestament eċċessiva”
Proċedura ġudizzjarja – Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni – Rifjut mill-Kummissjoni li tqis bħala spejjeż eliġibbli ċerti ammonti mħallsa minn qabel lill-benefiċċjarju abbażi tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti – Talba għal rimbors tal-ħlasijiet minn qabel – Kontestazzjoni mill-benefiċċjarju tal-methodu tal-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli – Dritt applikabbli – Dritt tal-Unjoni – Kunċett ta’ spejjeż eliġibbli (Artikolu 272 TFUE u 288 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropeew u tal-Kunsill Nru 2321/2002; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 109(2)) (ara l-punti 41-47)
Suġġett
| Konstatazzjoni, minn naħa, li l-Kummissjoni ma għandhiex dritt titlob lir-rikorrenti tirrimborsa l-ħlasijiet minn qabel imwettqa abbażi ta’ tliet kuntratti u, min-naħa l-oħra, li r-rikorrenti ma hijiex obbligata li tħallas kumpensi fil-forma ta’ somom f’daqqa lill-Kummissjoni. |
Dispożittiv
1) | | Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-tieni u t-tielet kap tat-talbiet tar-rikors. |
2) | | L-ammonti dovuti bħala kumpensi fil-forma ta’ somom f’daqqa minn Ludwig-Bölkow-Systemtechnik GmbH huma mnaqqsa għal ammont ekwivalenti għal 10 % tal-ħlasijiet minn qabel li għandhom jiġi rrimborsati skont il-kuntratti marbuta mal-proġetti HyWays, HyApproval u HarmonHy. |
3) | | Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
4) | | Ludwig-Bölkow-Systemtechnik u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |