Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2024 – Quality is Our Recipe vs EUIPO – Granizados Maresme (Frosty)
(Kawża T-168/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Quality is Our Recipe LLC (Dublin, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Ortiz López u M. Polo Carreño, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Granizados Maresme SLL (Pineda de Mar, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Frosty – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 190 328
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Jannar 2024 fil-Każ R 1086/2023-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO u lill-opponent għall-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell li minnhom jirriżulta dan ir-rikors, inkluż l-ispejjeż sostnuti fil-kuntest ta’ dan tal-aħħar.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u evalwazzjoni żbaljata tal-prova tal-użu b’konformità mad-dispożizzjoni fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________