Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – Danske Slagtermestre vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-486/18 RENV) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ kontribuzzjonijiet għall-ġbir ta’ ilma mormi – Ilment ta’ kompetitur – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat fi tmiem il-fażi ta’ eżami preliminari – Rekwiżit ta’ imparzjalità – Imparzjalità oġġettiva – Kunċett ta’ ‘vantaġġ’ – Prinċipju tal-operatur privat f’ekonomija tas-suq – Analiżi ex ante tal-profittabbiltà marġinali – Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’”)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrent: Danske Slagtermestre (Odense, id-Danimarka) (rappreżentant: H. Sønderby Christensen, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Barcew, C. Vang u P. Němečková, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: M. Søndahl Wolff, C. Maertens, J. Kronborg u M. Jespersen, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ April 2018 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.37433 (2017/FC) – id-Danimarka.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni C(2018) 2259 final tal-Kummissjoni tad-19 ta’ April 2018 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.37433 (2017/FC) – id-Danimarka, hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Danske Slagtermestre fil-kuntest tal-proċeduri mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu

____________

1     ĠU C 381, 22.10.2018.