Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2024 – Sta Grupa vs EUIPO – Axis (VAPIX)

(Kawża T-207/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VAPIX – Artikolu 18(1) u Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Prova tal-użu ġenwin – Evalwazzjoni tal-provi)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sta Grupa AS (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: I. Stankeviča, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Eberl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Axis AB (Lund, l-Isvezja) (rappreżentant: J. Norderyd, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-3 ta’ Frar 2023 (Każ R 1098/2022-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Sta Grupa AS huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawn sostnuti minn Axis AB.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

1     ĠU C 216, 19.6.2023.