Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Innsbruck – l-Awstrija) – Siegfried Pohl vs ÖBB Infrastruktur AG

(Kawża C-429/12) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 45 TFUE — Direttiva 2000/78/KE — Differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età — Determinazzjoni tad-data ta’ referenza għall-finijiet ta’ avvanz fl-iskala tas-salarju — Terminu ta’ preskrizzjoni — Prinċipju ta’ effettività)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Innsbruck

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Siegfried Pohl

Konvenuta: ÖBB Infrastruktur AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Oberlandesgericht Innsbruck - Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(3) TUE, tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 45 TFUE kif ukoll tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Perijodu qabel l-adeżjoni - Remunerazzjoni tal-impjegati fis-settur tat-trasport bil-ferrovija - Leġiżlazzjoni nazzjonali u ftehim kollettiv li jeskludu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi ta’ attività mwettqa qabel l-età ta’ 18-il sena għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-remunerazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ nofs il-perijodi ta’ attività mwettqa wara li l-impjegat jagħlaq it-18-il sena, ħlief fil-każ ta’ esperjenza professjonali miksuba fi ħdan kumpannija nazzjonali “kważi pubblika” jew fi ħdan il-kumpannija nazzjonali tal-ferroviji - Terminu ta’ preskrizzjoni

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, u, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ effettività, ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tletin sena, li jibda jiddekorri mill-konklużjoni tal-ftehim li abbażi tiegħu d-data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz ġiet stabbilita, jew mill-klassifikazzjoni għal skala tas-salarju żbaljata, id-dritt għal impjegat li jitlob evalwazzjoni mill-ġdid tas-snin ta’ servizz li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-istabbiliment ta’ din id-data ta’ referenza.

____________

1 ĠU C 9, 12.01.2013