Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-220/20) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċeduri dixxiplinari – Artikolu 266 TFUE – Investigazzjonijiet amministrattivi – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prinċipju ta’ imparzjalità – Rikors għal annullament u għad-danni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Petrus Kerstens (La Forclaz, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u A.-C. Simon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tan-nota tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2017 li tinforma lir-rikorrent bit-tkomplija ta’ proċeduri dixxiplinari u tad-deċiżjoni tal-11 ta’ Lulju 2019 li tindirizzalu twissija u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li huwa ġarrab minħabba l-iżvolġiment u t-tul ta’ tliet proċeduri dixxiplinari.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta’ Lulju 2019 li tindirizza twissija lil P. Kerstens hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ P. Kerstens.

____________

1     ĠU C 247, 27.7.2020.