Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2021 – AC Milan vs EUIPO – InterES (ACM 1899 AC MILAN)

(Kawża T-353/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva ACM 1899 AC MILAN – Trade marks verbali preċedenti Milan – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001 – Assenza ta’ bidla tal-karattru distintiv”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Associazione Calcio Milan SpA (AC Milan) (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u G. Ghisletti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder, V. Ruzek u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: InterES Handels- und Dienstleistungs Gesellschaft mbH & Co. KG (Nuremberg, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Frar 2020 (Każ R 161/2019-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn InterES Handels- und Dienstleistungs Gesellschaft u AC Milan.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Associazione Calcio Milan SpA (AC Milan) hija kkundannata għall-ispejjeż minbarra l-ispejjeż ta’ trasferiment sostnuti minnha.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż ta’ trasferiment sostnuti minn AC Milan.

____________

1     ĠU C 262, 10.8.2020.