Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2021 – Sanford vs EUIPO – Avery Zweckform (Tikketti)

(Kawża T-433/20) 1

(“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tikketta – Disinn preċedenti – Prova tal-iżvelar – Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Provi prodotti wara l-iskadenza tat-terminu mogħti – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell – Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 6/2002 – Raġuni għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sanford LP (Atlanta, Georgia, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Zecher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Avery Zweckform GmbH (Oberlaindern/Valley, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Förster, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Mejju 2020 (Każ R 2413/2018-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Avery Zweckform u Sanford.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Sanford LP hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 297, 7.9.2020.