Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2021 – Selmikeit & Giczella vs EUIPO – Boehmert & Boehmert (HALLOWIENER)

(Kawża T-500/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea HALLOWIENER – Nuqqas ta’ użu ġenwin – Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Selmikeit & Giczella GmbH (Osterode, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Keute, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Boehmert & Boehmert Anwaltspartnerschaft mbB - Patentanwälte Rechtsanwälte (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Ulrich, avukata)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Mejju 2020 (Każ R 1893/2019-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Boehmert & Boehmert Anwaltspartnerschaft mbB - Patentanwälte Rechtsanwälte u Selmikeit & Giczella.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Selmikeit & Giczella GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 329, 5.10.2020.