Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2021 – Egis Bâtiments International u InCa vs Il-Parlament

(Kawża T-610/20) 1

(“Klawżola ta’ arbitraġġ – Proġett ta’ estensjoni u ta’ aġġornament tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu – Ftehim ta’ riżoluzzjoni – Klawżola ta’ kunfidenzjalità – Prinċipju ta’ bona fide – Responsabbiltà kuntrattwali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Egis Batimets International (Montreuil, Franza), InCa – Ingénieurs Conseils Associés Sàrl (Niederanven, Il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Rodesch u R. Jazbinsek, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Caiola u L. Chretien, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, minn naħa, li jiġi kkonstatat li l-Parlament kiser l-Artikolu VIII tal-ftehim ta’ riżoluzzjoni tad-9 ta’ April 2019 kif ukoll l-obbligu ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni ta’ ftehimiet stabbilit fl-Artikolu 1134 tal-Kodiċi Ċivili Lussemburgiż u, min-naħa l-oħra, li jiġi kkundannat iħallas is-somma ta’ EUR 100 000 taħt l-istess ftehim jew, sussidjarjament, kwalunkwe somma oħra li għandha tiġi ffissata ex aequo et bono.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Egis Bâtiments International u InCA – Ingénieurs Conseils Associés Sàrl huma kkundannati għal-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 390, 16.11.2020.