Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Novembru 2021 – PBL u WA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-538/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija minn Franza lil klabb tal-futbol professjonali – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Penya Barça Lyon: Plus que des supporters (PBL) (Bron, Franza), WA (rappreżentant: J. Branco, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u G. Braga da Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Settembru 2021 bir-referenza COMP.C.4/AH/mdr 2021(092342) u li twieġeb għal ilment fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (SA.64489 – Għajnuna mill-Istat lill-klabb tal-futbol Paris Saint-Germain) u, min-naħa l-oħra, għal ordnijiet indirizzati lill-Kummissjoni.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________