Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2021 – Apex Brands vs EUIPO – Sartorius Werkzeuge (SATA)

(Kawża T-430/21) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Apex Brands, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Fröhlich, M. Hartmann u H. Lerchl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Sartorius Werkzeuge GmbH & Co. KG (Ratingen, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Mejju 2021 (Każ R 2322/2020-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sartorius Werkzeuge u Apex Brands.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Apex Brands, Inc. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

____________

1     ĠU C 357, 6.9.2021.