Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Novembru 2021 – Aurubis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-729/20) 1

(“Rikors għal annullament – Ambjent – Direttiva 2003/87/KE – Gassijiet serra – Allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjoni – Talba għat-trasferiment ta’ ċertifikati ta’ emissjoni lill-Ġermanja – Talba mressqa fil-kuntest ta’ proċedura għal miżuri provviżorji nazzjonali bil-għan li jiġi żgurat l-effett utli tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari fil-Kawża C-271/20 – Deċiżjoni ta’ rifjut tal-Kummissjoni – Locus standi – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Aurubis AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u J. Hoss, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. De Meester u G. Wils, aġetnti)

Suġġett

Talba skont l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2020 li permezz tagħha din l-istituzzjoni ċaħdet it-talba tad-Deutsche Emissionshandelsstelle (id-Dipartiment Ġermaniż tal-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet) biex tittrasferixxi, b’mod konservatorju, fuq il-kont ta’ depożitu nazzjonali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jew, sussidjarjament, fil-kont ta’ depożitu kummerċjali tar-rikorrenti, u sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020, numru ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra ekwivalenti għan-numru ta’ kwoti supplimentari li r-rikorrenti talbet l-allokazzjoni tagħhom, mingħajr ħlas u abbażi tat-tielet perijodu ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra, quddiem il-Verwaltungsgericht Berlin (il-Qorti Amministrattiva ta’ Berlin, il-Ġermanja).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Aurubis AG hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

____________

1     ĠU C 44, 8.2.2021.