Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Ottubru 2007 Evropaïki Dynamiki vs EFSA

(Kawża T-69/05)1

("M'hemmx lok li tittieħed deċiżjoni - Kuntratti pubbliċi - Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) - Annullament tas-sejħa għal offerti- Rikors li safa mingħar għan)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis)

Konvenuta: Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (rappreżentanti: inizjalment A. Cuvillier u D. Detken, sussegwentement A. Cuvillier u S. Gabbi, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-3 ta' Diċembru 2004, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrent fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti fir-rigward ta' provvista ta' servizzi informatiċi għall-ħolqien ta' netwerk Extranet bejn l-aġenziji nazzjonali ta' l-Istati Membri, l-EFSA u l-Kummissjoni, kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor.

Dispożittiv

M'hemmx lok li tittieħed deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

L-EFSA għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 106 tat-30.04.2005.