Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru 2007 - Sack vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-66/05)1

("Servizz pubbliku - Uffiċjal - Rikors għal annullament - Allowance għal kariga - Kariga ta' 'kap ta' diviżjoni' - Trattament ugwali - Obbligu ta' motivazzjoni - Sistema lingwistika")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Jörn Sack (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Lehmann-Brauns u D. Mahlo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u H. Krämer, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba ta' annullament tad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-iffissar tal-ħlas ta' kull xahar tar-rikorrent minn Mejju 2004 sa Frar 2005, talba għal kalkolu ġdid ta' dan il-ħlas u talba ta' annullament tad-deċiżjoni espliċita ta' ċaħda tat-talba tar-rikorrent, innotifikata lilu fis-26 ta' Novembru 2004.

Dispożittiv

Ir-rikors hu miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 106, 30.04.2005..