Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Marzu 2009 - Aker Warnow Werft u Kvaerner vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-68/05)1

("Għajnuna mill-Istat - Kostruzzjoni ta' bastimenti - Ex Repubblika Demokratika Ġermaniża - Għajnuna mħallsa sabiex tkopri spejjeż ta' telf marbut ma' kuntratti ta' kostruzzjoni ta' bastimenti - Għajnuna marbuta mal-kompetittività - Nuqqas ta' ħlas eċċessiv")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aker Warnow Werft GmbH (Rostock, il-Ġermanja); u Kvaerner ASA (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti: inizjalment M. Schütte, avukat, u B. Immenkamp, solicitor, imbagħad M. Schütte)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Kreuschitz u L. Flynn, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/374/KE, tal-20 ta' Ottubru 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mill-Ġermanja favur Kvaerner Warnow Werft (ĠU 2005, L 120, p. 21).

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/374/KE, tal-20 ta' Ottubru 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mill-Ġermanja favur Kvaerner Warnow Werft, hija annullata.

2)    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta' Aker Warnow Werft GmbH u Kvaerner ASA.

____________

1 - ĠU C 106, 30.04.2005.