Language of document : ECLI:EU:T:2008:252





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Lulju 2008 – Saint-Gobain Gyproc Belgium vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-50/03)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-folji tal-ġibs – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Multa – Gravità u tul tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti”

1.                     Kompetizzjoni - Akkordji - Akkordji u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 42-50, 57, 105, 106)

2.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Neċessità li jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ tal-impriżi kkonċernati u li tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-multi ma’ dan id-dħul - Assenza - Neċessità li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-attivitajiet ta’ daqs żgħir jew ta’ prodott uniku tal-impriża kkonċernata - Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 83-85, 88, 93-95)

3.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3) (ara l-punti 119-121,124, 125)

4.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Waqfien tal-ksur wara intervent tal-Kummissjoni - Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3) (ara l-punti 133-136)

Suġġett

Rikors bis-saħħa tal-Artikoli 229 KE u 230 KE intiż għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq Gyproc bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/471/KE, tas-27 ta’ Novembru 2002, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] kontra BPB plc, Gebrüder Knauf Westdeutsche Gipswerke KG, Société Lafarge SA u Gyproc Benelux NV (Każ COMP/E-1/37.152 – Folji tal-ġibs) (ĠU 2005, L 166, p. 8).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Saint-Gobain Gyproc Belgium NV hija kkundannata għall-ispejjeż.