Language of document : ECLI:EU:T:2014:283





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2014 — SolarWorld et vs Il-Kunsill

(Kawża T‑142/14 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sussidji — Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (ċelloli) li joriġinaw jew li ġejjin miċ-Ċina — Dazju kumpensatorju definittiv — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 13-15)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Riskju ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali — Riskju li ma jikkostitwixxix fih innifsu dannu gravi (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 4, 16 u 47; Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 17, 18, 20-23, 25)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-interess suġġettiv tar-rikorrent — Esklużjoni (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 28)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu finanzjarju — Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti — Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 30-32)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 66).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.