Language of document : ECLI:EU:T:2012:425





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Settembru 2012 – Diadikasia Symbouloi Epicheiriseon vs Il-Kummissjoni et

(Kawża T-369/11)

“Rikors għad-danni – Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni – Stat terz – Kuntratt pubbliku nazzjonali – Ġestjoni deċentralizzata – Inammissibbiltà – Inkompetenza”

1.                     Rikors għad-danni – Suġġett – Talba għad-danni li tallega l-illegalità ta’ deċiżjoni meħuda minn awtorità nazzjonali waqt proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi organizzata fil-kuntest tal-ġestjoni deċentralizzata ta’ programm tal-Unjoni – Assenza ta’ obbligu min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li tiġi adottata deċiżjoni konnessa magħha – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1085/2006) (ara l-punti 47, 48, 52, 53, 61, 62)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 50, 58)

3.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża [Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)] (ara l-punt 51)

Suġġett

Talba għall-kumpens għad-dannu li jirriżulta mid-deċiżjoni tas-CFCU tal-5 ta’ April 2011 u minn kull deċiżjoni sussegwenti li tannulla l-għoti tal-kuntratt “Tkabbir tan-network Tork-Ewropew ta’ Ċentri ta’ Negozju f’Sivas, f’Antakya, f’Batman u f’Van – EuropeAid/128621/D/SER/TR” lill-konsorzju Diadikasia business Consultants SA (GR) – Wyg International Ltd (UK) – Deleeuw International Ltd (TR) – Cyberpark (TR), minħabba dikjarazzjonijiet allegatament foloz.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Diadikasia Symbouloi Epicheiriseon AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.