Language of document : ECLI:EU:T:2021:633


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2021 –
Univers Agro vs EUIPO – Shandong Hengfeng Rubber & Plastic (AGATE)

(Kawża T592/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea AGATE – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Sentenzi dikjaratorji – Esklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 72(3))

(ara l-punt 15)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata – Limiti

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 72(3))

(ara l-punt 16)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant b’mala fide fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark – Kunċett ta’ mala fide – Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b))

(ara l-punti 22 sa 25)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant b’mala fide fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatturi kollha eżistenti fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Konoxxenza min-naħa tal-applikant tal-użu minn terz ta’ sinjal identiku jew simili – Intenzjoni tal-applikant – Grad ta’ protezzjoni ġuridika tas-sinjali inkwistjoni – Oriġini u użu tas-sinjal ikkontestat – Loġika kummerċjali bħala bażi għar-reġistrazzjoni tas-sinjal ikkontestat bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea – Kronoloġija tal-avvenimenti li jkunu kkaratterizzaw il-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b))

(ara l-punti 26, 28 sa 30, 68)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant b’mala fide fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Neċessità li tiġi pprovata l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b))

(ara l-punt 27)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant b’mala fide fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark – Oneru tal-prova

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b))

(ara l-punti 31 sa 33)

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant b’mala fide fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark – Trade mark verbali AGATE

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 52(1)(b))

(ara l-punti 45, 46, 59, 60, 63, 69 sa 72, 74, 97)

8.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Miżuri istruttorji – Produzzjoni ta’ dokumenti – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 97(1)(c))

(ara l-punti 51, 53, 54)

9.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant b’mala fide fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark – Prova tal-mala fide – Saħħa probatorja tal-provi – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Dikjarazzjonijiet solenni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 97(1)(f))

(ara l-punt 77)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Lulju 2020 (Każ R 725/2019‑4), dwar proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Shandong Hengfeng Rubber & Plastic u Univers Agro.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Univers Agro EOOD hija kkundannata għall-ispejjeż.