Language of document : ECLI:EU:T:2021:629


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Settembru 2021 –
Enosi Mastichoparagogon Chiou vs EUIPO (MASTIHACARE)

(Kawża T-60/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali MASTIHACARE – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b))

(ara l-punti 19, 20)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – għan – Obbligu ta’ disponibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punt 22)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 23 sa 26)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal – Kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 27, 30)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Trade mark li ma għandhiex karattru distintiv fl-Unjoni kollha – Kisba tal-imsemmi karattru f’parti mill-Unjoni – Insuffiċjenza

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(0)2)

(ara l-punti 28, 35)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark verbali MASTIHACARE

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (c), u (3))

(ara l-punti 40 sa 44, 46, 52)

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (c), u (3))

(ara l-punt 44)

8.      proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Sunt tal-motivi invokati – Preżentazzjoni tal-motivi permezz tas-sustanza tagħhom – Ammissibbiltà – Kundizzjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (c), u (3))

(ara l-punt 50)

9.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Teħid inkunsiderazzjoni tal-kuntest u tar-regoli ġuridiċi kollha

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 94(1))

(ara l-punt 60)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Novembru 2019 (Każ R 692/2019‑1), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali MASTIHACARE.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Enosi Mastichoparagogon Chiou hija kkundannata għall-ispejjeż.