Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Tirol – l-Awstrija) – PI vs Landespolizeidirektion Tirol

(Kawża C-230/18) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 49 TFUE – Artikolu 15(2) u Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Libertà ta’ stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjoni – Deċiżjoni li jingħalaq immedjatament stabbiliment kummerċjali – Assenza ta’ motivazzjoni – Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali – Prevenzjoni tat-twettiq ta’ reati kriminali fir-rigward ta’ persuni li jaħdmu fil-prostituzzjoni – Protezzjoni tas-saħħa pubblika – Natura proporzjonata tar-restrizzjoni tal-libertà ta’ stabbiliment – Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ġenerali tad-dritt għal amministrazzjoni tajba)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Tirol

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PI

Konvenuta: Landespolizeidirektion Tirol

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE, l-Artikolu 15(2) u l-Artikoli 16, 47 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-prinċipju ġenerali tad-dritt għal amministrazzjoni tajba għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fit-tilwima fil-kawża prinċipali, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li awtorità amministrattiva tista’ tiddeċiedi li tagħlaq b’effett immedjat stabbiliment kummerċjali għar-raġuni li tissuspetta l-eżerċizzju, fi ħdan dan l-istabbiliment, ta’ attività ta’ prostituzzjoni mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa minn din il-leġiżlazzjoni, sa fejn din tal-aħħar, minn naħa, ma teżiġix li tali deċiżjoni tkun motivata, fil-fatt u fil-liġi, bil-miktub u kkomunikata lid-destinatarju tagħha u, min-naħa l-oħra, teżiġi li talba, mill-imsemmija destinatarju, għall-annullament tal-istess deċiżjoni tkun, min-naħa tagħha, motivata.

____________

1     ĠU C 249, 16.7.2018.