Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Novembru 2016 – Birgit Bossen et vs Brussels Airlines

(Kawża C-559/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Birgit Bossen, Anja Bossen, Gudula Gräßmann

Konvenuta: Brussels Airlines

Domanda preliminari

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “distanza” jinkludi biss id-distanza diretta, li għandha titkejjel skont il-metodu tal-great circle route, bejn il-post tat-tluq u l-aħħar destinazzjoni, u dan irrispettivament mid-distanza effettivament ivvjaġġata?

____________

1 Regolament (KE) Nru 261/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)