Language of document : ECLI:EU:C:2017:644

Kawża C559/16

Birgit Bossen et

kontra

Brussels Airlines SA/NV

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Amtsgericht Hamburg)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikolu 7(1) – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Titjira li saret f’diversi segmenti – Kunċett ta’ ‘distanza’ li għandu jittieħed inkunsiderazzzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017

1.        Trasport – Trasport bl-ajru – Regolament Nru 261/2004 – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Dritt għal kumpens f’każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira – Applikabbiltà fil-każ ta’ dewmien twil – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 261/2004, premessa 3 u Artikoli 5, 6 u 7)

2.        Trasport – Trasport bl-ajru – Regolament Nru 261/2004 – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Dritt għal kumpens fil-każ ta’ dewmien – Titjira li saret f’diversi segmenti – Kunċett ta’ “distanza” – Portata

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 261/2004 Artikolu 7(1))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 18-22)

2.      L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “distanza” jkopri, fil-każ tar-rabtiet tal-ajru mat-titjiriet konnessi direttament, hija biss id-distanza bejn il-post tal-ewwel tluq u d-destinazzjoni finali, li għandha tiġi kkalkolata skont il-metodu tal-great circle route, u dan tkun xi tkun id-distanza tat-titjira attwalment ivvjaġġata.

Għalhekk hemm lok li jittieħed inkunsiderazzjoni biss, matul id-determinazzjoni tal-ammont tal-kumpens, id-distanza bejn il-post tal-ewwel tluq u d-destinazzjoni finali, apparti minn eventwali titjiriet konnessi direttament.

B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li fuq il-bażi tal-kumpens tagħhom tinsab l-inkonvenjenza li tikkonsisti li ssubixxew telf ta’ ħin ugwali jew iktar minn tliet sigħat meta mqabbel mal-ippjanar inizjali tat-trasport tagħhom, kif ikkonstatat, inkluż fil-każ ta’ titjiriet konnessi direttament, fil-wasla fid-destinazzjoni finali tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-26 ta’ Frar 2013, Folkerts, C‑11/11, EU:C:2013:106, punt 35). Issa, fid-dawl tan-natura tal-inkonvenjenza b’hekk subita, ta’ eventwali differenzi fid-distanza effettivament ivvjaġġati ma jinfluwenzaw huma stess b’ebda mod il-kobor ta’ tali inkonvenjenza.

(ara l-punti 29, 31–33 u d-dispożittiv)