Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Mejju 2010 - Abreitsgemeinschaft Golden Toast vs UASI (Golden Toast)

(Kawża T-163/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Golden Toast - Raġuni assoluta ta' rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009]"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Abreitsgemeinschaft Golden Toast e.V. (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Späth u G. Hasselblatt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-31 ta' Jannar 2008 (Każ R 761/2007-1), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Golden Toast bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Abreitsgemeinschaft Golden Toast e.V. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 171, 05.07.2008.