Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2013 – Australian Gold vs UASI – Effect Management & Holding (HOT)
(Kawża T-611/13)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Australian Gold LLC (Indianapolis, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Effect Management & Holding GmbH (Vöcklabruck, l-Awstrija)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R 1881/2012-4;
tordna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, jekk din tintervjeni, ibatu l-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità : it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “HOT” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 16 u 25 – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea Nru 797 277Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-AppellParti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiMotivazzjoni tat-talba għal invalidità: ir-raġunijiet kienu dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament dwar it-trade mark KomunitarjaDeċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa parzjalmentDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalmentMo
tivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(a), (b) u (c) u
mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.